26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fil-15 ta’ Novembru 2012 — CTP vs Regione Campania, Provincia di Napoli

(Kawża C-518/12)

2013/C 26/65

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CTP — Compagnia Trasporti Pubblici SpA

Konvenuta: Regione Campania, Provincia di Napoli

Domanda preliminari

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 (1), id-dritt għal kumpens jitnissel biss jekk, wara talba espressa, l-awtoritajiet kompetenti ma pprovdewx għat-tneħħija tal-obbligu ta’ servizz li jwassal, bi spejjeż għall-impriża ta’ trasport, għal żvantaġġ ekonomiku, jew din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-obbligi ta’ servizz li dan ir-regolament jipprovdi t-tneħħija tagħhom u ma jippermettix li dawn jinżammu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69, tas-26 ta’ Ġunju 1969, dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 19).


  翻译: