8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/32 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Höpcke vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/12) (1)
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Struzzjoni sabiex test jiġi redatt b’tul minimu - Nuqqas ta’ osservanza)
(2014/C 71/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dagmar Höpcke (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 li l-isem tar-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista tal-kandidati magħżula ta’ din il-kompetizzjoni.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
D. Höpcke għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |