26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/72 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs UASI
(Kawża F-125/12)
2013/C 26/149
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2011 kif ukoll tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-obbjettivi li għandhom jintlaħqu u talba għad-danni
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni (Appraisal Report) tar-rikorrent għas-sena 2011, fil-verżjoni tiegħu tal-1 ta’ Frar 2012, kif ukoll l-ittri elettroniċi tal-konvenut tat-2 ta’ Frar 2012, bil-ħinijiet ta’ 14:51 u 15:49, sa fejn jistabbilixxu l-obbjettivi li skont l-UASI għandhom jintlaħqu mir-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u t-30 ta’ Settembru 2012; |
— |
jikkundanna lill-UASI jħallas kumpens għad-danni lir-rikorrent, f’ammont adegwat stabbilit mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fir-rigward tad-danni morali u materjali mġarrba minnu; |
— |
jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża. |