8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 — European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-165/12) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-informatika u ta’ servizzi ta’ eGovernment fl-Albanija - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Trasparenza - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2014/C 39/31
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti limitata EuropAid/131431/C/SER/AL.
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa minn European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti limitata EuropAid/131431/C/SER/AL hija annullata. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |