18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2013 — Vitaminaqua vs UASI — Energy Brands (vitaminaqua)

(Kawża T-410/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva vitaminaqua - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti VITAMINWATER - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GLACEAU vitamin water - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 15/20

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Vitaminaqua Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: A. Krajnyák, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Németh u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Energy Brands Inc. (Whitestone, l-Istati Uniti) rappreżentanti: S. Malynicz, D. Stone u L. Ritchie, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 997/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Energy Brands Inc. u Vitaminaqua Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Vitaminaqua Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


  翻译: