17.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 355/37 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2012 — Heinrich vs UASI — Il-Kummissjoni (European Network Rapid Manufacturing)
(Kawża T-430/12)
2012/C 355/77
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heinrich Beteiligungs GmbH (Witten, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Lulju 2012 fil-Każ R 793/2011-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “European Network Rapid Manufacturing”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 12, 17 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 7 407 968.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-Kummissjoni Ewropea
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi imitazzjoni mill-perspettiva araldika tal-emblema Ewropea
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u t-trade mark figurattiva ddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 6b(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali