30.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 107/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Art & Allposters International BV vs Stichting Pictoright

(Kawża C-419/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 4 - Dritt ta’ distribuzzjoni - Regola tal-eżawriment - Kunċett ta’ “oġġett” - Trasferiment tal-immaġni ta’ xogħol protett minn fuq poster tal-karta għal fuq tila - Bdil tal-media - Effett fuq l-eżawriment))

(2015/C 107/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Art & Allposters International BV

Konvenuta: Stichting Pictoright

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola tal-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni ma tapplikax f’sitwazzjoni fejn riproduzzjoni ta’ xogħol protett, wara li tkun ġiet ikkummerċjalizzata fl-Unjoni Ewropea bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, ġarrbet bdil fil-media tagħha, bħat-trasferiment fuq tila ta’ din ir-riproduzzjoni li tkun fuq poster tal-karta, u ġiet imqiegħda mill-ġdid fis-suq fil-forma l-ġdida tagħha.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


  翻译: