22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċizjoni preliminari tat-Tribunal di Cagliari — l-Italia) — Proċeduri kriminali kontra Sergio Alfonso Lorrai

(Kawża C-224/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Drittijiet fundamentali - Tul eċċessiv tal-proċedura kriminali - Sospensjoni ta’ proċedura kriminali, għal tul indeterminat, fil-każ ta’ mard tal-imputat li jrendi lil dan tal-aħħar inkapaċi li jipparteċipa b’mod konxju fil-proċedura - Marda irreversibbli tal-imputat - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2014/C 52/41

Lingwa tal-proċedura: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunal di Cagliari

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Sergio Alfonso Lorrai

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Cagliari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, flimkien mal-Artikolu 6 TUE — Tul eċċessiv tal-proċeduri kriminali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġu sospiżi l-proċeduri kriminali, għal żmien indeterminat, fil-każ ta’ marda tal-akkużat, li tirrendi lil dan tal-aħħar inkapaċi li jipparteċipa xjentement fil-proċeduri — Obbligu li l-akkużat jiġi suġġett għal kontroll perijodiku — Marda irreversibbli tal-akkużat

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domandi magħmula mit-Tribunal di Cagliari (l-Italja).


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


  翻译: