29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-12 ta’ April 2013 — Fazenda Pública vs Banco Mais SA
(Kawża C-183/13)
2013/C 189/07
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fazenda Pública
Konvenut: Banco Mais SA
Domandi preliminari
F’kuntratt ta’ kiri, fejn il-klijent iħallas il-kera, li huwa kompost bl-amortizzazzjoni finanzjarja, interessi u ħlasijiet oħra, din il-kera mħallsa għandha jew ma għandhiex tidħol, skont it-tifsira sħiħa tagħha, fid-denominatur tal-prorata, jew, bil-kontra, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-interessi, ġaladarba dawn huma r-remunerazzjoni jew il-vantaġġ li l-attività bankarja tikseb permezz tal-kuntratt ta’ kiri?