20.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/19 |
Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2013 minn Principessa, li tinsab taħt likwidazzjoni, mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00, Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-233/13 P)
2013/C 207/31
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Principessa, li tinsab taħt likwidazzjoni (rappreżentanti: A. Bianchini u F. Busetto, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Comitato “Venezia vuole vivere”
Talbiet tal-appellanti
— |
tannula d-digriet tal-Qorti Ġenerali appellat; |
— |
tilqa’ t-talbiet ifformulati mill-ewwel istanza u, konsegwentement:
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż li jirrigwardaw iż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Id-disa’ aggravji li ġejjin tressqu insostenn tal-appell:
|
L-ewwel aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ma tqisx li l-miżuri inkwistjoni ma kienu jagħtu ebda vantaġġ lill-benefiċjarji tagħhom fid-dawl tan-natura kompensatorja tagħhom |
|
It-tieni aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ma ġietx eskluża jew, fi kwalunkwe każ, evalwata l-kapaċità tal-miżuri inkwistjoni li jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-iskambji intraKomunitarji. |
|
It-tielet aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(2)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(2)(b) TFUE] u fl-Artikolu 87(3)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(b) TFUE]. |
|
Ir-raba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE]. |
|
Il-ħames aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(3)(d) u (e) TFUE]. |
|
Is-sitt aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 86(2) KE (li sar l-Artikolu 106(2) TFUE). |
|
Is-seba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża n-natura eżistenti tal-għajnuna bil-konsegwenza ta’ ksur tal-Artikolu 88(3) KE (li sar l-Artikolu 108(3) TFUE) u tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 (1). |
|
It-tmien aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabblità tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 għal dak li jikkonċerna l-ordni ta’ rkupru. |
|
Id-disa’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet peress li ġiet eskluża l-applikabblità tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ interessi. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).