22.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/28 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 minn Laufen Austria AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-411/10, Laufen Austria vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-637/13 P)
2014/C 52/51
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Laufen Austria AG (rappreżentant: E. Navarro Varona, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tilqa’ l-argumenti esposti minn Laufen Austria AG fil-kuntest ta’ dan l-appell; |
— |
tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tas-16 ta’ Settembru 2013, fil-Kawża T-411/10; |
— |
tilqa’ t-talbiet ta’ Laufen Austria AG għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti minn Laufen Austria AG f’din il-kawża, kif ukoll għal dawk sostnuti fil-Kawża T-411/10 f’dak li jirrigwarda l-istess motivi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
(1) |
L-ewwel aggravju , ibbażat fuq żball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u responsabbiltà individwali fir-rigward tal-multa imposta individwalment lil Laufen Austria AG għall-ksur imwettaq qabel ma nxtrat minn Roca Sanitario, S.A. |
(2) |
It-tieni aggravju , ibbażat fuq ksur tad-dritt fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ proporzjonalità, ta’ motivazzjoni u ta’ aspettativi leġittimi fl-applikazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2). |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE], ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205
(2) ĠU C 210, p. 2