24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/40 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-34/13) (1)
((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 - Nuqqas ta’ ammissjoni għal parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Aċċess għal dokumenti))
2014/C 194/59
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Christodoulos Alexandrou (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċizjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
C. Alexandrou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 207, 20.07.2013, p. 58.