9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/47 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Selo Medical vs UASI – biosyn Arzneimittel (SELOGYN)
(Kawża T-173/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SELOGYN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SELESYN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni”])
(2015/C 046/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Selo Medical GmbH (Unternberg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: biosyn Arzneimittel GmbH (Fellbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)
Suġġett
Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2601/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn biosyn Arzneimittel GmbH u Selo Medical GmbH.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Selo Medical GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |