28.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Golam vs UASI– meta Fackler Arzneimittel (METABIOMAX)
(Kawża T-281/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METABIOMAX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti metabiarex - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 245/19
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: meta Fackler Arzneimittel GmbH (Springe, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2013 (Każ R 2022/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn meta Fackler Arzneimittel GmbH u S. Golam.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
S. Golam hija kkundannata għall-ispejjeż. |