9.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – van der Aat et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-304/13 P) (1)

([“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-membri l-oħra tal-persunal - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni għall-uffiċjali u l-membri tal-persunal assenjati f’Varese - Artikoli 64 sa 65a tar-Regolamenti tal-Persunal - Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament (UE) Nru 1239/2010 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Żball amnifest ta’ evalwazzjoni”])

(2015/C 046/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Chris van der Aat (Besozzo, l-Italja) u l-uffiċjali u l-membri tal-persunal l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: S. Orlandi, D. de Abreu Caldas u J. N. Louis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u D. Martin, sussegwentement J. Curall u A. C. Simon, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Marzu 2013, van der AAT et vs Il-Kummissjoni (F-111/11, ĠabraSP, UE: F:2013:42), u ntiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Chris van der Aat u l-uffiċjali u l-membri l-oħra tal-persunal l-oħra tal-Kummissjoni Ewropea li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din l-istanza.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 245, 24.8.2013.


  翻译: