20.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/38 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Levi Strauss vs UASI – L&O Hunting Group (101)
(Kawża T-604/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 101 - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti 501 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 236/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Levi Strauss & Co. (New Castle, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u J. Schmitt, sussegwentement V. von Bomhard, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u M. Fischer, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: L&O Hunting Group GmbH (Isny im Allgäu, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Kuck, K. Landes u G. Müllejans, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1538/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Levi Strauss & Co. u L&O Hunting Group GmbH.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1538/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Levi Strauss & Co. u L&O Hunting Group GmbH hija annullata. |
2) |
L-UASI u L&O Hunting Group huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż ta’ Levi Strauss & Co. |