2.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 73/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Aic vs UASI – ACV Manufacturing (Inserts ta’ skambjatur tas-sħana)
(Kawża T-616/13) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta insert ta’ skambjatur tas-sħana - Raġuni ta’ invalidità - Assenza ta’ viżibbiltà ta’ parti minn prodott kumpless - Artikolu 4(2) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
(2015/C 073/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aic S.A. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentani: J. Radłowski, konsulent legali)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: ACV Manufacturing (Seneffe, il-Belġju)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 293/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ACV Manufacturing u Aic S.A.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Aic S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż. |