13.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 361/7 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2014 – Unibail Management vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji u ħames stilel)
(Kawża T-687/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ evalwazzjoni konkreta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])
2014/C 361/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Unibail Management (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. Bénard, A. Rudoni u O. Klimis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta żewġ linji u ħames stilel bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2013 (Każ R 299/2013-2), hija annullata, sa fejn tiċħad l-appell ta’ Unibail Management għall-prodotti u għas-servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36, 38, 41 u 42. |
2) |
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż. |