8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 71/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2014 — Miettinen vs Il-Kunsill
(Kawża T-303/13) (1)
(Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill - Rifjut ta’ aċċess - Żvelar wara l-preżentata ta’ rikors - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni)
(2014/C 71/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Samuli Miettinen (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts, avukati, u A. Villette, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pellinghelli u É. Sitbon, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-25 ta’ Marzu 2013, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess għall-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill bir-referenza 15309/12, fl-intier tagħha.
Dispożittiv
(1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
(2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(3) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent mir-Renju tal-Isvezja u mir-Repubblika tal-Finlandja. |