22.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/31 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et
(Kawża T-383/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Espert nazzjonali ssekondat mal-missjoni Eulex Kosovo - Deċiżjonijiet ta’ kap ta’ missjoni dwar sanzjonijiet dixxiplinari”))
(2015/C 205/41)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Antonios Chatzianagnostou (Serres, il-Ġreċja) (rappreżentant: C. Makris, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, A. Vitro u M. Bauer, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, A.-C. Simon u M. Konstantinidis, aġenti); u Eulex Kosovo (Pristina, il-Kosovo) (rappreżentanti: B. Borchardt, aġent, assistit minn D. Fouquet, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-10 ta’ Mejju 2013 fil-każijiet dixxiplinari Nri 02/2013 u 06/2013, iffirmati mill-kap tal-missjoni Eulex Kosovo.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inamissibbli. |
2) |
Antonios Chatzianagnostou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eulex Kosovo. |