9.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 81/19 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2015 – Vakoma vs UASI – VACOM (VAKOMA)
(Kawża T-535/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VAKOMA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VACOM - Rikors promotur - Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà manifesta”])
(2015/C 081/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vakoma GmbH (Magdebourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kazzer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH (Jena, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Awwissu 2013 (Każ R 908/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn VACOM Vakuum Komponenten & Messtechnik GmbH u Vakoma GmbH.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huma miċħud bħala manifestament inammissibbli. |
2) |
Vakoma Gmbh hija kkundannata għall-ispejjeż. |