27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/20 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali vs Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi, fi ftehim mal-kredituri, Liquidazione giudiziale dei beni ceduti ai creditori della Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi
(Kawża C-104/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2000/35/KE - Artikoli 2, 3 u 6 - Direttiva 2011/7/UE - Artikoli 2, 7 u 12 - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tista’ tbiddel, għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat, l-interessi fuq kreditu li jippreċedi dawn id-direttivi))
(2015/C 138/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali
Konvenuti: Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi, fi ftehim mal-kredituri, Liquidazione giudiziale dei beni ceduti ai creditori della Federazione Italiana Consorzi Agrari Soc. coop. arl – Federconsorzi
Dispożittiv
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 3(3) u 6 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni [tal-Kunsill], tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali, kif ukoll l-Artikoli 7 u 12 tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux lil Stat Membru, li jkun uża l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 6(3)(b) tal-ewwel waħda minn dawn id-direttivi, milli jkun jista’, matul il-perijodu għat-traspożizzjoni tat-tieni waħda minn dawn id-direttivi, jadotta dispożizzjonijiet leġiżlattivi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jistgħu jbiddlu għad-detriment ta’ kreditur tal-Istat l-interessi fuq kreditu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ kuntratt konkluż qabel it-8 ta’ Awwissu 2002.