16.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 296/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Sabine Hünnebeck vs Finanzamt Krefeld
(Kawża C-479/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 u 65 TFUE - Taxxa fuq id-donazzjonijiet - Donazzjoni ta’ immobbli li jinsab fit-territorju nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal tnaqqis ta’ taxxa iktar għoli għal persuni residenti milli għal persuni mhux residenti - Eżistenza ta’ sistema fakultattiva li tippermetti lil kull persuna ddomiċiljata fi Stat Membru tal-Unjoni li tibbenifika mit-tnaqqis iktar għoli)
(2016/C 296/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sabine Hünnebeck
Konvenut: Finanzamt Krefeld
Dispożittiv
L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għad-donazzjonijiet bejn persuni mhux residenti, fl-assenza ta’ talba speċifika mill-benefiċjarju, l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu tat-taxxa bl-applikazzjoni ta’ tnaqqis fiskali iżgħar. Dawn l-artikoli jipprekludu wkoll, u fi kwalunkwe każ, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fuq it-talba ta’ tali benefiċjarju, l-użu ta’ metodu ta’ kalkolu tat-taxxa bl-applikazzjoni tat-tnaqqis ogħla prevalenti għad-donazzjonijiet li fihom tal-inqas parti waħda tkun residenti, billi l-eżerċizzju ta’ din l-għażla mill-benefiċjarju mhux residenti jimplika t-totalizzazzjoni, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa dovuta fuq il-bażi tad-donazzjoni kkonċernata, tad-donazzjonijiet kollha rċevuti minn dan id-donatarju mingħand l-istess persuna matul l-għaxar snin ta’ qabel u l-għaxar snin ta’ wara din id-donazzjoni.