19.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Rüsselsheim – il-Ġermanja) – Sandy Siewert et vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-394/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regoli tal-proċedura - Artikolu 99 - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Dewmien twil ta’ titjira - Dritt tal-passiġġieri għal kumpens - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tat-trasportatur tal-ajru mill-obbligu ta’ kumpens tiegħu - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - Ajruplan li saritlu ħsara minn taraġ mobbli għat-tlugħ abbord matul titjira preċedenti)
(2015/C 016/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sandy Siewert, Emma Siewert, Nele Siewert
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li avveniment, bħal fil-kawża prinċipali, bħal ħabta ta’ taraġ mobbli għat-tlugħ abbord ta’ ajruport ma’ ajruplan ma jistax jiġi kkwalifikat bħala “ċirkustanza straordinarja” li teżenta lit-trasportatur tal-ajru mill-obbligu tiegħu li jikkumpensa lil passiġġieri f’każ ta’ dewmien twil ta’ titjira operata minn dan l-ajruplan.