22.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 85/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-20 ta’ Jannar 2014 — Union des syndicats de l’immobilier (UNIS) vs Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourisme (SNRT) et
(Kawża C-25/14)
2014/C 85/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Union des syndicats de l’immobilier (UNIS)
Konvenuti: Ministre du travail, de l’emploi, de la formation professionnelle et du dialogue social, Syndicat national des résidences de tourime (SNRT) et
Domanda preliminari
L-osservanza tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta mill-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea hija kundizzjoni minn qabel obbligatorja għall-estensjoni, minn Stat Membru, fil-konfront tal-impriżi kollha ta’ fergħa, ta’ ftehim kollettiv li jagħti lil operatur uniku, magħżul mill-imsieħba soċjali, il-ġestjoni ta’ sistema ta’ previdenza kumplementari obbligatorja stabbilita favur l-impjegati?