10.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/29 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl-4 ta’ April 2014 – “Koela-N” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-159/14)
2014/C 175/36
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad – Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Koela-N” EOOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt li wieħed jiddisponi minn proprjetà tanġibbli bħala s-sid tagħha jinkludi d-dritt li wieħed iqabbad trasportatur sabiex il-merkanzija tiġi kkunsinnata lil persuna terza li ma tkunx il-persuna indikata bħala d-destinatarju fuq il-fattura u li, f’dan is-sens, il-fatt li l-persuna terza tirċievi l-merkanzija huwa waħdu prova ta’ kunsinna preċedenti ta’ merkanzija? |
2) |
L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-fornitur dirett tal-merkanzija ma kienx effettivament is-sid tagħha – irrispettivament minn jekk ix-xerrej irċeviex il-merkanzija – jimplika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza ta’ kunsinna fis-sens tad-Direttiva ma humiex issodisfatti? |
3) |
Il-fatt li l-fornituri preċedenti fil-katina ta’ provvista ma jkunux ikkooperaw mal-awtoritajiet fiskali u n-nuqqas ta’ data oġġettiva dwar it-trasbord tal-merkanzija jikkostitwixxu elementi oġġettivi li minnhom jista’ jiġi konkluż li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kien imissha kienet taf li t-tranżazzjoni li fuqha kien ibbażat id-dritt għal tnaqqis kienet involuta fi frodi fiskali? |