4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (Ir-Repubblika tal-Kroazja) fis-26 ta’ Mejju 2014 – VG Vodoopskrba d.o.o. za vodoopskrbu i odvodnju vs Đuro Vladika

(Kawża C-254/14)

2014/C 253/25

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Velikoj Gorici

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VG Vodoopskrba d.o.o. za vodoopskrbu i odvodnju.

Konvenut: Đuro Vladika

Domanda preliminari

Abbażi ta’ liema prinċipju għandu l-konsumatur iħallas għall-konsum tiegħu tal-ilma skont id-dritt tal-Unjoni, fi kliem ieħor, għandu jħallas biss għall-konsum irreġistrat fuq l-arloġġ, skont il-prezz ta’ dan tal-aħħar, jew għandu wkoll iħallas il-prezz tal-ilma li huwa maħsub għall-irkupru tal-ispejjeż marbuta mal-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-fornituri tas-servizzi muniċipali (l-użu, il-manutenzjoni regolari, il-ġestjoni tal-infrastruttura, l-ispiża tal-manodopera, eċċ)?


  翻译: