22.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Hunland-Trade Mezőgazdasági Termelő és Kereskedelmi Kft. vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
(Kawża C-356/14)
2014/C 329/09
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hunland-Trade Mezőgazdasági Termelő és Kereskedelmi Kft.
Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve
Domandi preliminari
1) |
Skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju, annimal tal-ifrat għat-tgħammir għandu jitqies bħala ta’ razza pura, meta huwa jkun ġie inkluż, l-istess bħall-ġenituri tiegħu u l-ġenituri tagħhom, fil-ktieb ġenealoġiku tar-razza Holstein-Friżjan mill-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali ta’ min irabbi, indipendentement mil-livell ta’ purezza razzjali ġenetika tal-axxendenti tiegħu? |
2) |
Id-dispożizzjoni inkwistjoni tad-Deċiżjoni Nru 2005/379/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-annimali li jirriproduċu li għandhom ċertifikat ġenealoġiku bit-titolu msemmi fl-Artikolu 2(1)(a) għandhom jitqiesu bħala annimali għat-tgħammir ta’ razza pura, b’mod li jagħtu d-dritt għall-benefiċċju ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fil-kummerċ intra-Komunitarju? |
3) |
B’teħid inkunsiderazzjoni ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, huwa possibbli li jitqies li, minkejja li annimal ikollu ċertifikat ġenealoġiku maħruġ mill-organizzazzjoni nazzjonali uffiċjali ta’ min irabbi u li jkollu t-titolu msemmi iktar ’il fuq, l-imsemmi annimal ma jippermettix lin-negozjant, fil-każ ta’ kummerċ intra-Komunitarju, li jibbenefika minn ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni minħabba li dan ma huwiex meqjus bħala annimal għat-tgħammir ta’ razza pura minkejja ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali li tinkludi l-element imsemmi iktar ’il fuq? |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/379/KE, tas-17 ta’ Mejju 2005, dwar iċ-ċertifikai tal-pedigree u l-partikolaritajiet għall-annimali tat-trobbija ta’ razza pura mis-speċi bovina, l-isperma, il-bajd u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 349M, p. 7)