9.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/25 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2014 minn Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd, Georgiadis Trucking (Private) Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-168/12 – Georgias et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-545/14 P)
(2015/C 046/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd, Georgiadis Trucking (Private) Ltd (rappreżentanti: H. Mercer, QC, u I. Quirk, Barrister)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali (ħlief għad-danni, li għandhom jiġu stmati mill-Qorti Ġenerali); |
— |
alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż tal-appellanti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jressqu erba’ aggravji:
1. |
L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li r-Regolament Nru 314/2004 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) jagħti lill-Kunsill id-dritt li jinkludi persuni fl-Anness ta’ dan ir-regolament sempliċement fuq il-bażi li dawn kienu membri fil-Gvern taż-Żimbabwe (punti 56 u 66 tas-sentenza appellata)
|
2. |
It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat meta tat interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 5(1) tal-Pożizzjoni Komuni, li waslitha sabiex tapplika b’mod żbaljat ir-Regolament (punt 57 tas-sentenza appellata)
|
3. |
It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha taż-żieda tal-kliem “b’hekk” (“as such”) (miżjuda fil-25 ta’ Ġunju 2007) mal-ġustifikazzjoni għall-inklużjoni tas-Senatur Georgias fl-Anness tar-Regolament (u tal-Pożizzjoni Komuni) bħala “sempliċi preċiżjoni” li l-istatus bħala membru tal-gvern huwa biżżejjed, waħdu, għall-inklużjoni tal-persuna kkonċernata (punt 58 tas-sentenza appellata)
|
4. |
Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li, fir-rigward tal-motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, is-Senatur Georgias ma kienx spjega l-argumenti li fuqhom kien ser jibbaża ruħu li kieku kien instema’ (punt 108 tas-sentenza appellata)
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, tad-19 ta’ Frar 2004, dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigwar[d] taż-Żimbabwe (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 50).
(2) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/PESK, tad-19 ta’ Frar 2004, li ġġedded miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 43).