19.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2014 – EH vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/14) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjal - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Regola kontra l-kumulu tal-allowances nazzjonali u statutorji - Ġbir mill-konjuġi tal-uffiċjal ta’ allowances tal-familja nazzjonali - Assenza ta’ dikjarazzjoni tal-uffiċjal tal-bidla tas-sitwazzjoni personali tiegħu lill-amministrazzjoni tiegħu - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Inżul fl-iskala - Proporzjonalità - Motivazzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Nuqqas ta’ diliġenza tal-amministrazzjoni)

(2015/C 016/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EH (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Konvenuta:Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent jiġi ssanzjonat billi jitniżżel bi tliet skali minħabba ksur tar-regoli kontra l-kumulu tal-allowances tal-familja nazzjonali u dawk li jirriżultaw mir-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 212, 07.07.2014, p. 45.


  翻译: