12.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/55 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ottubru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-113/14)
(2015/C 007/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 45 u tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-miżuri tranżitorji marbuta magħhom, u l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, kemm ta’ portata ġenerali kif ukoll individwali, dwar il-promozzjoni ta’ tmien rikorrenti, uffiċjali fil-grad AD 12 u AD 13, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Prinċipalment: jikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I, kif ukoll il-miżuri tranżitorji marbuta magħhom; |
— |
jannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, ta’ portata kemm ġenerali kif ukoll individwali, li jibblokkaw kull possibbiltà ta’ promozzjoni dwar ir-rikorrenti, inkwantu uffiċjali ta’ grad AD 12 jew AD 13, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż; |
— |
Sussidjarjament: jannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra, ta’ portata kemm ġenerali kif ukoll individwali, li jibblokkaw kull possibbiltà ta’ promozzjoni dwar ir-rikorrenti, inkwantu uffiċjali ta’ grad AD 12 jew AD 13, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014; |
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |