14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)
(Kawża T-96/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIMEO - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti meo - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ koeżistenza tat-trade marks - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2015/C 414/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vimeo LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Macdonald, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PT Comunicações, SA (Lisbona, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1092/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PT Comunicações, SA u Vimeo LLC.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Vimeo LLC hija kkundannata għall-ispejjeż. |