7.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/12 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2016 – Intercon vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-632/14) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Seba’ programm kwadru fil-qasam tal-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikjedi r-rimbors tas-somom imħallsa lir-rikorrenti - Natura kuntrattwali tal-kawża - Artikolu 44(1)(ċ) u paragrafu 5a, tar-Regoli tal-Poċedura tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Mejju 1991 - Ammissibbiltà - Portata tal-verifika - Dokumenti u osservazzjonijiet prodotti wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti”])
(2016/C 410/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Intercon sp. z o.o. (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herbout Borczak u S. Lejeune, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat ksur mill-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għoti ta’ sussidju Nru 224297, marbut mal-finanzjament tal-proġett ARTreat, u għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Lulju 2014 li tinforma lir-rikorrenti, abbażi tal-verifika mwettqa minnha, bl-irkupru tal-ammont ta’ EUR 258 479,21 li kien tħallas lilu indebitament bħala kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u maħsuba sabiex jiġi kkonstatat li l-ammonti mħallsa jikkorrispondu għal spejjeż eliġibbli u għaldaqstant ma għandhomx jiġu rrimborsati.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Intercon sp. z o.o. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |