15.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 151/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Marzu 2017 – El-Qaddafi vs Il-Kunsill

(Kawża T-681/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Libja - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Żamma tal-isem tar-rikorrenti - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2017/C 151/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi (Mascate, l-Oman) (rappreżentanti: inizjalment J. Jones, QC, sussegwentement S. Bafadhel, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u A. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2014, L 183, p. 52), sa fejn din iżżomm isem ir-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2011, L 58, p. 53), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2014, L 183, p. 1), sa fejn dan iżomm isem ir-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU 2011, L 58, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/380/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li temenda d-Deċiżjoni2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, hija annullata sa fejn din iżżomm isem Aisha Muammer Mohamed El-Qaddafi fuq il-lista li tinsab fl-Annessi I u III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK, tat-28 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 689/2014, tat-23 ta’ Ġunju 2014, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, huwa annullat sa fejn dan iżomm isem A. El-Qaddafi fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2010, tat-2 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


  翻译: