201711170311555892017/C 412/327122014TC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20171023232311

Kawża T-712/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – CEAHR vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Sistema ta’ tiswija selettiva — Rifjut ta manifatturi tal-arloġġi Żvizzeri li jipprovdu partijiet ta’ bdil lil arluġġara indipendenti — Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ — Eliminazzjoni ta’ kull kompetizzjoni effettiva — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment”)


C4122017MT2310120171023MT0032231231

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2017 – CEAHR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-712/14) ( 1 )

“(“Kompetizzjoni — Akkordji — Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti — Sistema ta’ tiswija selettiva — Rifjut ta manifatturi tal-arloġġi Żvizzeri li jipprovdu partijiet ta’ bdil lil arluġġara indipendenti — Suq primarju u suq ta’ wara l-bejgħ — Eliminazzjoni ta’ kull kompetizzjoni effettiva — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment”)”

2017/C 412/32Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Mathijsen u P. Dyrberg, sussegwentement minn M. Sánchez Rydelski u finalment minn P. Benczek, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Ronkes Agerbeek, M. Farley u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn A. Dawes, F. Ronkes Agerbeek u J. Norris-Usher, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: C. Froitzheim, avukat u R. Subiotto, QC), Rolex, SA) (Genève, l-Iżvizzera) (rappreżentant: M. Araujo Boyd, avukat) u The Swatch Group SA (Neuchâtel, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Israel u M. Jakobs, sussegwentement minn A. Israel u J. Lang, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5462 finali, tad-29 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti li jikkonċerna ksur allegat tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39097– Tiswija tal-arloġġi).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Confédération européenne des associations d’horlogers-réparateurs (CEAHR) hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 7, 12.1.2015.

  翻译: