18.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Spokey vs UASI – Leder Jaeger (SPOKeY)
(Kawża T-846/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva SPOKeY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SPOOKY - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami tal-provi - Article 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Article 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2016/C 136/46)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Spokey sp. z o.o. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Zajfert u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leder Jaeger GmbH (Siegen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 525/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Leder Jaeger GmbH u Spokey sp. z o.o.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Spokey sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż. |