28.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/20


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/14)

2014/C 245/27

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Dyckerhoff Polska sp. z o.o. (Nowiny, il-Polonja) (rappreżentant: K. Kowalczyk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv:

Id-deċiżjoni adottata hija inkompatibbli mad-dritt tal-UE, b’mod partikolari mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003 u mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009.

2.

It-tieni motiv:

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament minħabba l-istabbiliment ta’ fattur ta’ korrezzjoni transettorjali uniformi għas-setturi kollha, billi għalhekk naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li s-setturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ tnixxija ta’ karbonju, inkluż dak tal-produzzjoni tas-siment, għandhom ikunu ttrattati b’mod differenti mis-setturi li ma humiex esposti għal tali riskju sinjikattiv;

u ksur tal-prinċipju ta’ proprzjonalità.

3.

It-tielet motiv:

Inapplikabbiltà, skont l-Artikolu 277 TFUE, l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, li jiffurmaw il-bażi li fuqha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn huwa possibbli li jiġu applikati dawn id-dispożizzjonijiet mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 10a(12) sa (18) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, li jikkonfermaw in-neċessità ta’ approċċ speċifiku f’dawk is-setturi u subsetturi li huma kkunsidrati bħala esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ tnixxija ta’ karbonju, u l-inapplikabbiltà tal-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea ta’ fattur ta’ korrezzjoni transettorjali uniformi għas-setturi kollha.


  翻译: