21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/26


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2014 – mobile.international vs UASI – Rezon (mobile.de)

(Kawża T-322/14)

2014/C 235/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: mobile.international GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 951/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “mobile.de”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 8 8 38  609

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Rezon OOD

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “mobile” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u każ mibgħut lura quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta' dritt flimkien mal-Artikoli 56(1)(b) u 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


  翻译: