21.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/29


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2014 – Helbrecht vs UASI – Lenci Calzature(SportEyes)

(Kawża T-333/14)

2014/C 235/39

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Helbrecht (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lenci Calzature SpA (Turchetto-Montecarlo, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 830/2013-5;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lil Lenci Calzatura SpA, f’każ li hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SportEyes” għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 5 04  525

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Lenci Calzature SpA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “EYE SPORT EYE”, “EYE fashion EYE” u “EYE”, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


  翻译: