1.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 431/35 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-685/14)
(2014/C 431/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, li tiddikjara inammissibbli t-talba għal stħarriġ intern, imressqa mir-rikorrent, dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali. |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fuq in-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali transitorju msemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali. |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni Ares tal-Kummissjoni (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 2(1)(g) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-“Konvenzjoni UNECE”), flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 2014/2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat Dwar l-Unjoni Ewropea, id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, il-Konvenzjoni UNECE, flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni UNECE (2005/370/KE), id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, u d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa. |