8.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 144/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Leopoldine Gertraud Piringer

(Kawża C-342/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi mill-avukati - Possibbiltà għall-Istati Membri li jirriżervaw għal kategoriji preskritti ta’ avukati il-preparazzjoni ta’ atti awtentiċi li jirrigwardaw il-ħolqien jew it-trasferiment ta’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi li l-awtentiċità tal-firma ta’ talba għal inklużjoni fir-reġistru tal-artijiet tkun iċċertifikata minn nutar))

(2017/C 144/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leopoldine Gertraud Piringer

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva għan-nutara l-awtentikazzjoni tal-firem magħmula fuq id-dokumenti meħtieġa għall-ħolqien jew għat-trasferiment ta’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli u li teskludi, minħabba dan il-fatt, il-possibbiltà li tiġi rrikonoxxuta f’dan l-Istat Membru tali awtentikazzjoni mwettqa minn avukat stabbilit fi Stat Membru ieħor.

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva għan-nutara l-awtentikazzjoni tal-firem magħmula fuq id-dokumenti meħtieġa għall-ħolqien jew għat-trasferiment ta’ drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli u li teskludi, minħabba dan il-fatt, il-possibbiltà li tiġi rrikonoxxuta fl-imsemmi Stat Membru tali awtentikazzjoni mwettqa minn avukat skont id-dritt nazzjonali tiegħu, stabbilit fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


  翻译: