30.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/9 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza – proċeduri kriminali kontra CdiscountSA
(Kawża C-13/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 2005/29/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Prattiki kummerċjali żleali - Tnaqqis fil-prezzijiet - Immarkar jew espożizzjoni tal-prezz ta’ referenza))
(2015/C 398/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Cdiscount SA
Dispożittiv
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu projbizzjoni ġenerali, mingħajr ma ssir evalwazzjoni ta’ kull każ individwali li jippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali, tal-avviżi ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li ma jurux il-prezz ta’ referenza waqt l-immarkar jew l-espożizzjoni tal-prezzijiet, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet għandhom għanijiet marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.