1.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/21 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 mill-Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller, Köln e.V. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-556/13 – Verband der KölnischWasser Hersteller e.V. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-29/15 P)
(2016/C 038/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Verband der Kölnisch Wasser Hersteller, Köln e.V. (rappreżentant: T. Schulte-Beckhausen, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
B’digriet tat-3 ta’ Diċembru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lill-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha.