7.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 406/46


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-91/15)

(2015/C 406/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapplika l-klawżola ta’ riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg sa fejn din ma taċċettahx għall-benefiċċju ta’ allowance tal-invalidità kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali allegatament sostnut.

Talbiet

jannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Settembru 2014, li japplikaw ir-riżerva medika prevista fl-Artikolu 32 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u sabiex ir-rikorrent ma jiġix aċċettat għall-benefiċċju tal-allowance tal-invalidità;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 50  000 bħala kumpens għad-dannu morali sostnut u għall-ispejjeż.


  翻译: