14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/40 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ et vs BEI
(Kawża F-99/15)
(2015/C 414/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Talba għall-annullament tar-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u tar-rendikonti tal-bonus ta’ April 2015 li, skont ir-rikorrenti, jimplementaw deċiżjonijiet li ma jirrispettawx id-drittijiet tagħhom f’dak li jirrigwarda l-progressjoni salarjali, u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.
Talbiet
— |
l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu applikati għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-konvenut, tas-16 ta’ Diċembru 2014, li tiffissa progressjoni salarjali limitata għal 2,7 % u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-konvenut, tal-4 ta’ Frar 2015, li twassal għal telf ta’ salarju, deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u l-annullament, bl-istess mod, tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju sussegwenti; |
— |
l-annullament tad-dikjarazzjonijiet dwar l-ippremjar tal-prestazzjoni ta’ 2015; |
— |
għaldaqstant, il-kundanna tal-konvenut
|
— |
il-kundanna tal-konvenut għall-ispejjeż kollha. |