5.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 20 ta’ Lulju 2016 – Internet Consulting vs EUIPO – Provincia Autonoma di Bolzano Alto Adige (SUEDTIROL)

(Kawża T-11/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SUEDTIROL - Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni assoluta għal rifjut - Indikazzjoni ġeografika tal-oriġini - Karattru deskrittiv”])

(2016/C 326/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Internet Consulting GmbH (Brunico, l-Italja) (rappreżentanti: L. Miori u A. Bertella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Provincia Autonoma di Bolzano Alto Adige (l-Italja) (rappreżentant: C. Volkmann, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tal-10 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 574/2013-G), marbuta ma’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Provincia Autonoma di Bolzano-Alto Adige u Internet Consulting.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Internet Consulting GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


  翻译: