26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/43


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Aranynektár vs UASI – Naturval Apícola (Natür-bal)

(Kawża T-503/15)

(2015/C 354/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aranynektár Termékgyártó és Kereskedelmi kft (Dunavarsány, l-Ungerija) (rappreżentant: I. Molnár, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Naturval Apícola, SL (Monserrat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Natür-bal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 374 841

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/06/2015 fil-Każ R 1158/2014-2

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors (azzjoni);

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata, tiċħad l-appell ippreżentat mill-avversarju kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni (Deċiżjoni Nru B2 156 383 bid-data tal-5 ta’ Marzu 2014) u tilqa’ d-deċiżjoni msemmija tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-avversarju għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


  翻译: