18.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 309/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017 – Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Salumificio Fratelli Beretta SpA
(Kawża C-182/16 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “STICK MiniMINI Beretta” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mini Wini - Ċaħda tal-oppożizzjoni mill-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti - Pożizzjoni distintiva awtonoma - Karattru dominanti - Kriterji għall-evalwazzjoni tax-xebh viżiv - Obbligu ta’ motivazzjoni))
(2017/C 309/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (rappreżentant: S. Labesius, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: M. Rajh, aġent), Salumificio Fratelli Beretta SpA (rappreżentanti: G. Ghisletti, F. Braga u P. Pozzi, avukati)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |