Kawża C-233/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Generalitat de Catalunya (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar — Libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju — Għajnuna mill-Istat — Miżura selettiva — Ittra tal-Kummissjoni li tinforma li ma hijiex ser tittieħed azzjoni fuq ilment — Għajnuna eżistenti)
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED) vs Generalitat de Catalunya
(Kawża C-233/16) ( 1 )
“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar — Libertà ta’ stabbiliment — Protezzjoni tal-ambjent u ppjanar tat-territorju — Għajnuna mill-Istat — Miżura selettiva — Ittra tal-Kummissjoni li tinforma li ma hijiex ser tittieħed azzjoni fuq ilment — Għajnuna eżistenti)”
2018/C 211/02Lingwa tal-kawża: l-IspanjolQorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Grandes Empresas de Distribución (ANGED)
Konvenut: Generalitat de Catalunya
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 49 u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux taxxa fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
2) |
Taxxa, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fuq l-istabbilimenti kummerċjali kbar li tiddependi, essenzjalment, mis-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija inqas minn 2500 m2. Tali taxxa lanqas ma tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-ġardinaġġ, il-bejgħ ta’ vetturi, ta’ materjal għall-kostruzzjoni, ta’ makkinarju u ta’ provvisti industrijali u lanqas sa fejn jibbenefikaw minn tnaqqis tal-valur taxxabbli ta’ 60 % l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonċerna l-bejgħ ta’ għamara, ta’ prodotti sanitarji u ta’ bibien u twieqi kif ukoll ta’ prodotti ta’ DIY, sa fejn dawn l-istabbilimenti ma jikkawżawx ħsara għall-ambjent u għall-ippjanar tat-territorju daqstant kbira daqs l-istabbilimenti l-oħra, sitwazzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju. Għall-kuntrarju, tali taxxa tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, sa fejn huma eżentati minn din it-taxxa l-istabbilimenti kummerċjali kollettivi kbar li s-superfiċi ta’ bejgħ tagħhom hija daqs il-livell ta’ 2500 m2 jew iktar. |
3) |
F’ċirkustanzi bħal dawk deskritti mill-qorti tar-rinviju, l-għajnuna mill-Istat li tirriżulta minn sistema ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax tikkostitwixxi għajnuna eżistenti fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, li l-formulazzjoni tiegħu hija riprodotta fl-Artikolu 1(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
( 1 ) ĠU C 260, 18.7.2016.