23.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: Western Sahara Campaign UK vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs
(Kawża C-266/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk fis-settur tas-sajd - Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd previsti minn dan il-ftehim - Atti li japprovaw il-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll - Regolamenti li jallokaw l-opportunitajiet ta’ sajd stabbiliti mill-Protokoll bejn l-Istati Membri - Ġurisdizzjoni - Interpretazzjoni - Validità fid-dawl tal-Artikolu 3(5) TUE u tad-dritt internazzjonali - Applikabbiltà tal-imsemmi ftehim u tal-imsemmi protokoll għat-territorju tas-Saħara tal-Punent u għall-ibħra li jmissu magħha))
(2018/C 142/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Western Sahara Campaign UK,
Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs
Fil-preżenza ta’: Confédération marocaine de l’agriculture et du développement rural (Comader)
Dispożittiv
Peress li la l-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, u lanqas il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, ma japplikaw għall-ibħra li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent, l-eżami tal-ewwel domanda preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura tali li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/785/UE tas-16 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni ta’ dan il-protokoll u tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1270/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd taħt l-imsemmi protokoll, fid-dawl tal-Artikolu 3(5) TUE.